News

February 19, 2016
P. Stephen Magro, OFM, Missjunarju tal-Ħniena

P.Stephen Magro ofm, ġie magħżul mill-Provinċjal P.Richard S. Grech biex f’isem il-Provinċja Franġiskana Maltija ikun Missjunarju tal-Ħniena.

Huwa rċieva dan il-mandat f’din is-Sena tal-Ħniena mingħand il-Papa Franġisku nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar, Ras ir-Randan waqt quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u li għalija kien preżenti wkoll P.Marcello Ghirlando f’isem id-djoċesi ta’ Għawdex.

P. Stephen flimkien ma P.Marċello għandu d-dmir li jippridka fuq l-importanza tal-Ħniena kif ukoll għandu l-fakultà li jaħfer d-dnubiet riservati għas-Santa Sede.

P. Stephen bħalissa jinsab fil-Kunvent tagħna tar-Rabat u għalkemm jista’ ikun dejjem disponibbli għal qrar, qed ikun ukoll disponibbli għal -Qrar kull nhar ta’ Ġimgħa mis-6.30 sat-8.00 ta’ filgħaxija fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) r-Rabat.