News

February 24, 2016
F’Ruma jingħataw il-mandat mill-Papa Franġisku

Żewġ Franġiskani, P. Stephen Magro, OFM u P. Marcello Ghirlando, OFM kienu fost l-1,173 missjunarju tal-ħniena li l-Papa Franġisku għażel biex fis-Sena tal-Ħniena jxerrdu l-ħniena ta’ Alla permezz tal-predikazzjoni u biex jaħfru l-erba’ dnubiet riservati għas-Santa Sede.

Filfatt, P. Stephen u P. Marcello ingħataw il-mandat mill-Papa Franġisku biex ikunu jistgħu jaħfru dnubiet:
1. konnessi mad-dirpezz tal-Ewkaristija,
2. mas-sigriet tal-qrar,
3. ma’ attentati fuq il-ħajja tal-Papa u
4. jistgħu jaħfru wkoll lil xi ħadd li kien kompliċi ma’ saċerdot ieħor f’xi dnub.

Iż-żewġ Franġiskani ingħataw dan il-mandat f’ċerimonja li mexxa l-istess Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Frar Ras ir-Randan.