News

April 01, 2016
Ħarġa Fraterna għal-Filfla

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Marzu għexna esperjenza bħala fraternità Provinċjali: iltaqjna l-Imsida u b’dgħajsa imdaqqsa irħejnielha lejn Filfa. Għal ħafna kienet l-ewwel darba li rawha daqshekk mill-qrib. Konna madwar 33 ruħ.

F’ġurnata sabiħa, imma b’baħar kemmxejn imċaqlaq, speċjalment aħna u sejrin lejn Filfla, kellna veduti suġġestivi fejn rajna l-kosta ta’ Malta minn fuq il-baħar. Kien spettaklu mod ieħor. Kif wasalna qrib Filfla, li llum hija riserva naturali u allura ħadd ma jista’ jitla’ fuqha, ħafna ħadu l-okkazjoni biex jieħdu ritratt magħha.

Wara li ħallejna Filfla, erġajna lura fejn dħalna għal kenn ta’ Birżebbuġia fejn kilna xi ħaġa. Wara erġajna lura f’temp kompletament kalm u sabiħ. Żgur li kien mument sabiħ fratern fejn qsamna flimkien il-ħajja sabiħa tal-vokazzjoni Franġiskana tagħna u fuq kollox il-ferħ tal-Għid. Grazzi lil P. Marcellino Micallef ofm, Vigarju Provinċjali, li kkoordina din il-ħarga.