News

May 06, 2016
50 Sena Saċerdot, 18-il sena Isqof

Nhar il-Ħadd 24 ta’ April, E.T. Mons Silvestru Magro, OFM, Isqof Emeritus ta’ Benghazi, fil-Libja ċċelebra 50 sena Saċerdot kif ukoll 18-il sena Isqof. Huwa mexxa quddiesa Pontifikali ta’ Radd il-Ħajr fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat.

Fi Knisja mimlija bil-familjar u ħbieb kif ukoll bosta patrijiet ħafna kienu prezenti biex jaqsmu flimkien miegħu din il-ġurnata speċjali. Fil-bidu huwa rrinġrazja lil Alla ta’ din il-ġurnata speċjali u qal li dejjem poġġa s-saċerdozju tiegħu f’idejn il-protezzjoni ta’ San Ġużepp u tal-Qalb ta’ Ġesù.

L-omelija saret mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM. Hu tkellem fuq l-vokazzjoni u fuq il-ħajja ta’ Mons Sylvestru speċjalment f’dawn l-aħħar 18-il sena bħala missjunarju f’Benghazi, il-Libja fejn huwa kien ta’ eżempju għal dawk kollha li kien qed imexxi.

Fl-aħħar tal-Quddiesa sar talb lil Qalb ta’ Ġesù u ngħataw xi riġali kemm hu lill- Provinċja kif ukoll il-Provinċja lilu rranġrazzjatu tax-xhieda tiegħu f’dan l-aħħar żmien. AD MULTOS ANNOS.

ara ukoll: L-Aħbar 207