News

May 06, 2016
L-Arċisqof ta’ Malta f’pellegrinaġġ l-Art Imqaddsa

Mill-4 sat-12 ta’ Mejju l-Arcisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna jinsab fl-Art Imqaddsa jmexxi pellegrinaġġ flimkien ma’ 58 pellegrin ieħor.

Huwa żar il-Bażilka tat-Tħabbira lill-Marija se ssir Omm Alla ġewwa Nazaret, Tabor, Karmelu, Tabgha, Kana tal-Galilija fosto postijiet oħra.  Fil-jiem li ġejjin huwa se jżur Ġerusalemm, Betlem, Ġetsemani u postijiet oħra.

Il-Pellegrinaġġ huwa organizzat mil-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa animat minn P. Twanny Chircop OFM, Kummissarju tal-Art Imqaddsa.