News

May 06, 2016
Vocations EXPO fis-Seminarju tal-Arċisqof

Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fis-Seminarju tal-Arċisqof f’tal-Virtu r-Rabat, ġiet organiżżata ‘Vocations EXPO’ fejn diversi forom tal-Ħajja Reliġjuża kienu mistiedna biex ikellmu t-tfal tal-Form 1.

Bħala Vokazzjonijiet Franġiskani konna preżenti biex aħna ukoll nuru s-sabiħ tal-ħajja Franġiskana. Dan sar fuq medja ta’ għoxrin minuta kull klassi.  P. Stephen Magro, OFM Animatur Vokazzjoni, P. Joseph Magro, OFM u Antoine Galdes Postulant spjegaw din il-ħajja mibnija fuq il-ħajja ta’ San Franġisk.

Wara l-ispjega it-tfal raw video qasir dwar il-kunventi tagħna. Lejn tmiem il-laqgħa setgħu jieħdu santi u brochures relatati mal-ħajja tagħna.  Issa importanti li aħna nkomplu nitolbu biex dawn it-tfal ikunu imdawlin biex jagħrfu dak li Alla jrid minnhom.