News

May 31, 2016
Kummissijoni bejn il-Provinċja Franġiskana ta’ Malta u l-Kustodja Franġiskana ta’ l-Ingilterra

Il-Provinċjal P. Richard S. Grech ofm u l-Kustodju Ingliż P.Patrick Lonsdale ofm waqt laqgħa tal-English Speaking Conference tal-Ordni tkellmu flimkien kif iż-żewġ entitajiet jistgħu jaħdmu flimkien aktar mill-qrib kif jixtieq l-Ordni fiż-żmienijiet tallum.
Fuq stedina tal-Provinċjal tagħna P.Patrick ġie Malta biex ikellem lid-Definitorju Provinċjali fuq is-sitwazzjoni tal-Kustodja Ingliża li n-numru tagħha huwa dejjem niżel tant li minn provinċja ta’ l-fuq minn 200 patri spiċċat kustodja bi 30 patri li ħafna minnhom huma anzjani. Għal dan il-għan twaqfet kummisjoni bejn iż-żewġ entitajiet biex taħdem u tressaq proposti ta’ kif wieħed jista jikkolabora flimkien. Il membri tal-Kummisjoni magħżula miż-żewġ naħat huma Fr. Michael Copps ofm u Fr. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża u P. Charles M. Grech ofm u P Stephen Magro ofm għal Provinċja Maltija.

Din l-esperjenza taf il-bidu tagħha wara li P. Charles M. Grech ofm u P. Stephen Magro ofm għal Provinċja Maltija għamlu żjara ġewwa l-kunvent ta’ Stratford bejn il-21-28 t’April fejn barra d-diskussjonijiet bejniethom flimkien ma P. Michael Copps ofm u P. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża kellhom l-okkazzjoni li jaraw b’għajnejhom ix-xogħol li għandhom u l-bżonn fejn nistgħu nejnuhom. Aktar dettallji, niżżel id-dokument.

Filwaqt li saret stedina biex P. Michael Copps ofm u P. Anthony Baya ofm għal Kustodja Ingliża jiġu Malta ħalli huma wkoll ikollhom iċ-ċans li jesprimu u jitkellmu mal-provinċjal u mad-definitorju fl-lagħqa li saret nhar it-Tlieta 17’ ta’ Mejju.

Report compiled by the Commission with regards to the meeting held at the Stratford Friary London 21 – 28 April