News

July 02, 2016
Magħżul biex ikun il-promotur Djoċesan

Nhar il-Ġimgha 1 ta’ Lulju, waqt quddiesa koncelebrata mmexxija minn Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna, fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Belt, fl-okkazjoni tal-festa tal-B. Nazju Falzon, tħabbar li P. Anton Farrugia OFM ġie magħżul biex ikun il-promotur Djoċesan għall-kawża tal-Kanonizazzjoni. P. Anton ha post Mons. Philip Calleja li għal ħafna snin wettaq din il-ħidma.