News

August 08, 2016
Iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara ġewwa Għawdex

Il-Ħadd 7 ta’ Awwissu ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara ġewwa Għawdex flimkien mal-fraternità tal-Klarissi.  Iċ-ċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, saret ġewwa d-Dar tal-Irtiri Manresa, biex tkun tista takkomoda iżjed nies.  Iċ-ċelebrazzjoni kienet animata mis-sorijiet Klarissi stess u għal din l-okkażjoni kienu mistiedna diversi saċerdoti, sorijiet, ħbieb u benefatturi tas-sorijiet biex flimkien jaqsmu l-ferħ ta’ din il-ġurnata.

Wara l-quddiesa Mons. Isqof bierek il-ħobż u ġie imqassam lill-ġemgħa. Wara kien hemm reċeviment fil-ġnien tal-Monasteru fejn dawk preżenti setgħu jitkellmu mas-sorijiet u jifirħu flimkien.

Tista’ tisma’ l-Omelija ta’ Mons. Isqof Mario Grech hawn taħt.