News

August 13, 2016
Iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara

Nhar il-11 ta’ Awwissu festa liturġika ta’ Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta’ San Ġiljan. Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM.

Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem fuq il-ferħ li biħ nilqagħu din l-istedina ta’ kull sena, għaliex huwa mezz kif aħna bħala patrijiet, sorijiet, benefatturi u ħbieb nistgħu niltaqgħu biex inroddu ħajr lil Alla tad-don tal-ħajja monastika ta’ dawn is-sorijiet li ma jieqfux jitolbu kemm għalina kif ukoll għal kull bżonn li persuni individwali li jesqu għall-għajnuna, kif ukoll b’mod ġenerali għas-soċjeta Maltija.

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa tat il-messaġġ tagħha u enfażizzat l-importantza li fil-ħajja tagħna ma nabbandunawx lil Alla, imma li minkejja li qed ngħixu f’dinja li qed twarrab lil Alla aħna m’għandiex nabbandunawħ fil-ħajja tagħna.

Wara l-quddiesa dawk preżenti kienu mistiedna għal riċeviment fil-ġnien tal-monasteru.

Tista’ tisma’ l-Omelija tal-Ministru Provinċjal hawn taħt.