News

September 14, 2016
Velja bi preparazzjoni għall-Professjoni Solenni

It-Tlieta 13 ta’ Settembru ġiet ċċelebrata l-Velja bħala preparazzjoni għall-Professjoni Solenni ta’ Fr. Clive Camilleri, OFM li se tiġi ċċelebrata illejla (l-Erbgħa 14 ta’ Settembru) fis-6.30pm l-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, B’Kara. 

Il-Velja li saret fil-Kappella tal-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi f’San Ġiljan, kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, kienet fil-forma ta’ Adorazzjoni fejn kienet imżewqa bl-qari dwar is-sejħa ta’ Marija, mument ta’ talb, kif ukoll messaġġ tal-Ministru Provinċjal (jinsab hawn taħt biex tisma).  Matul din il-velja ukoll tfakkar l-20 anniversarju taż-żwieġ ta’ ħu Fr. Clive fejn ukoll ġie imbierek.

Naturalment ma setax jonqos li preżenti għal din il-velja ikun hemm il-patrijiet, sorijiet, qraba u ħbieb ta’ Fr. Clive li deher hu ukoll viżibilment emozjonat.  Awguri Fr. Clive!