News

September 15, 2016
Professjoni Solenni ta’ Fr. Clive

L-Erbgħa 14 ta’ Settembru Festa tal-Esaltazzjoni tas-Salib Fr. Clive Camilleri, OFM għamel il-Professjoni Solenni tiegħu f’idejn il-Ministru Ġeneral Fr. Michael Perry, OFM.  Din saret ġewwa il-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem B’Kara.  

Prezenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm id-Definitorju Generali li kien Malta għal laqgħat, is-segretarji tal-Missjonijiet u l-Evaġelizzazjoni tal-Linġwa Ingliża li kienu Malta għal-laqgħa annwali tagħhom, patrijiet, sorijiet, membri tal- OFS u diversi ħbieb, qraba u familjari ta’ Fr. Clive.

Il-Ministru Ġeneral hemm enfasi fuq l-importanza li Fr. Clive bħal ma għamel San Franġisk jisma u jibqa’ jisma l-leħen ta’  Alla fil-ħajja tiegħu.  Iċ-ċelebrażżjoni kompliet billi Fr. Clive f’idejn il-Ġeneral għamel il-wegħda għal ħajtu kollha li jimxi fuq il-passi ta’ San Franġisk wara Ġesù.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM irringrazzja lil Ġeneral għal preżenza tiegħu u taħ ikona tas-Sagra Familja.  Wara l-quddiesa sar riċeviment quddiem il-Knisja.  AD MULTOS ANNOS!

Fr Clive twieled il-Pietà u għandu 34 sena.

Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St Francis ta’ Birkirkara u l-iskola sekondarja Vinċenzo Bugeja u wara ħadem f’diversi oqsma differenti.

Wara vjaġġ li għamel fl-Art Imqaddsa mal-Patrijiet Franġiskani, Clive ddeċieda li jibda l-mixja vokazzjonali fl-2008.

Għex l-ewwel sena tal-formazzjoni fil-Kunvent tar-Rabat u fl-2010 ngħata t-tonka Franġiskana fl-2010.

Huwa għex in-novizzjat fis-Santwarju ta’ San Damjan f’Assissi.

L-ewwel professjoni għamilha fl-2011.

Huwa kompla bl-istudji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Pontificia Università Antonianum f’Ruma fejn serva ħafna missjonijiet pastorali, fosthom bħala katekist u xogħol mal-anzjani.

Fl-aħħar snin huwa ngħata l-Ministeru tal-Lettorat u tal-Akkolitat biex illejla se jkun qed iwettaq l-aħħar pass tiegħu bħala reliġjuż fi ħdan l-Ordni tal-Franġiskani Minuri.

 

Homily by Fr. Michael Perry, OFM Minister General