News

September 30, 2016
Festa S. Franġisk: Festa Tfal

Fl-okkażżjoni tal-Festa San Franġisk qed tiġi organizzata attività għat-tfal kollha, speċjalment dawk li jattendu l-Knejjes tagħna.

Din l-attività se tkun kollha divertiment. Se tkun tinkludi: kant, mima fuq San Franġisk, logħob organizzat permezz tal-karattri ta’ Frozen: Elsa u Anna, kif ukoll Peter Pan, żfin, face painting, Ballon Modeling, Bubble Machine, Bouncy Castle, ikel u ħafna divertiment ieħor.

Din l-attività ser issir nhar is-Sibt 8 ta’ Ottubru bejn l-10.00am u s-1.00pm.  hija miftuħa għat-tfal bejn it-8 u l-15-il sena.  Huwa mportanti li dawk it-tfal li jixtiequ jieħdu sehem jikkuntattjaw lil Patrijiet Franġiskani fil-Knejjes tagħna, biex jimlew formola ta’ kunsens mill-ġenituri u jkunu jafu l-ħin tat-tluq, peress li se jkun qed jiġi organizzat ukoll transport minn kull Kunvent..

festa-tfal