News

October 05, 2016
Iċċelebrata l-Festa ta’ San Franġisk

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru, ġewwa l-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Missierna San Franġisk.  Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta’ bosta Patrijiet, Sorijiet, Kavallieri tal-Qabar ta’ Kristu, benefatturi,  kif ukoll nies li jifrekwentaw il-Knejjes tagħna.

Waqt l-Omelija tiegħu huwa tkellem fuq l-importanza tal-fidi u spjeġa dan billi qal li l-bnedmin jinqasmu fi tnejn, dak li jemmnu f’xi ħaġa u dawk li ma jemmnu f’xejn.  Hu reġa qasam dawk li jemmnu fi tnejn, dawk li huma insara u dawk li mhumiex insara. Hu qasam ukoll dawk li huma insara, dawk li huma kattoliċi u dawk li mhumiex kattoliċi. reġa qabad lil dawk li huma kattoliċi, imma din id-darba qasamhom fi tlieta: dawk li mingħajrhom il-Knisja u d-dinja tkun aħjar għax jagħmlu għajb, hemm dawk li bihom u mingħajrhom xorta waħda u dawk li bihom u mingħajrhom mhux xorta, id-dinja tkun ħafna differenti u San Franġisk kien minn din il-kategorija għax dak li kien kapaċi jagħmel għadu influenti sallum.

Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal riċeviment fil-Kunvent.