News

October 08, 2016
Festa Tfal

Hekk kif bħalissa l-Knejjes u l-fraternitajiet Franġiskani qed jiċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk, din is-sena ħsibna ukoll biex ngħatu xejra differenti għat-tfal. U għalhekk li għal din l-okkażżjoni ġiet iċċelebrata festa speċjali għall-grupp imdaqqas ta’ tfal li jifrekwentaw il-knejjes tagħna, b’nofs ta’ nhar mimli divertiment.

Din il-festa tfal saret is-Sibt 8 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru San Franġisk il-Ħamrun. Din inkludiet kant, logħob organizzat permezz tal-karattri ta’ Frozen: Elsa u Anna, kif ukoll Peter Pan, żfin, face painting, Ballon Modeling, Bouncy Castle, ikel u ħafna divertiment u logħob ieħor.

Żguri li dawk kollha li ħadu sehem għal din l-attività marru lura lejn djarhom kemmxejn għajjenin imma żgur b’togħma tajba.