News

October 11, 2016
Pellegrinaġġ Provinċjali fis-sena tal-Ħniena

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Ottubru l-Provinċja Franġiskana se torganizza Pellegrinaġġ fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.  Għaliħ qed ikunu mistiedna, l-għaqdiet, il-fratellanzi u n-nies li jiltaqgħu fil-Knejjes tagħna l-Franġiskani.

It-Tema li qed tintuża għal dan il-Pellegrinaġġ huwa kliem il-Papa Franġiskau stess: “Il-ħniena hi l-ewwel attribut ta’ Alla. Hi l-isem ta’ Alla. Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m’aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel.”

Il-programm jibda fil-5.30pm b’mument ta’ adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja ta’ Sta. Marija ta’ Ġesù, Rabat. Fis-6.15pm jibda l-pellegrinaġġ lejn il-Katidral u 6.45pm tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-Katidral tal-Mdina mmexxija mill-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech li fiha huwa se jikkonvoka l-Kapitlu Provinċjali Intermedju. Fit-8.00pm ser issir bibita fil-Kunvent tar-Rabat għal dawk kollha li pparteċipaw fil-pellegrinaġġ.

F’kull kunvent qed jiġu organizzati privates għal din l-attività. Jekk tixtieq tingħaqad magħna importanti li tikkuntatja lil xi ħadd mill-Patrijiet Franġiskani jew lil koordinatur P. Marcellino Micallef OFM fuq 79227570.

 

pell-sena-hniena