News

October 23, 2016
Żjara ġewwa l-Kanada

Matul iż-żjara tiegħu ġewwa l-Kanada l-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech OFM, għadda Toronto sabiex iżur u jsellem lill-aħwa tal-Provinċja tagħna li għandna jgħixu u jaħdmu hemm, Fr. Jimmy Zammit OFM, Kappillan tal-Parroċċa ta’ St. Francis, u Fr. Pierre Farrugia OFM li jmexxi St. Francis Centre, dar tal-irtiri.

Kif kien hemm irnexxhielu jżur ukoll il-Parroċċa ta’ St. Paul the Apostle li kienet titmexxa mill-Patrijiet tagħna u issa tinsab f’idejn is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Iltaqa’ wkoll ma Charles u Antoinette li għandhom il-Malta Bake Shop ftit metri bogħod il-istess Knisja, u li għal bosta snin ilhom jżommu ħajja fost il-Maltin ta’ Toronto u nies oħra t-tradizzjoni ta’ ikel Malti, partikolarment, pastizzi, qassatat, mqaret, qagħaq tal-għasel, etc..

Il-Ministru Provinċjal żar ukoll il-Parroċċa ta’ St. Jane Francis fejn fl-imgħoddi kien hemm Fr. Girgor Imbroll OFM u li issa mix-xahar id-dieħel ser jingħaqad mal-Fraternità li tmexxi din il-Parroċċa Fr. Charles Grech OFM. Nawgurawlu minn qalbna ħidma fejjieda. Inkomplu inżommu lil dawn ħutna fil-moħħ, fil-qalb u fit-talb tagħna.