News

October 29, 2016
Ordnati Djakni

[Adds Minister General’s message] Nhar il-Ġimgħa 28 ta Ottubru, Fr Clive Camilleri u Fr Ramon Farrugia flimkien ma tliet żgħażagħ oħra ġew Ordnati Djakni waqt konċelebrazzjoni Solenni minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ġewwa l-konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.

Waqt l-omelija tiegħu huwa tkellem fuq l-importanza li d-djakni l-ġodda inħossu l-presenża ta’ Ġesù u iduquħ u dan minħabba n-nuqqas ta’ ħegga tagħna. Huwa tkellem fuq il-karatteristiċi taż-żewg appostli li l-knisja qed tiċċelebra: San Xmun u San Ġuda. Xmun ifisser Alla jisma’ u allura aħna li nisimgħu l-kelma tal-Mulej u d-djakni rridu jkun nies li jisimgħu u jaqraw il-kelma t’Alla.

Xmun l-Imħeġġeġ jurina li rridu jkunu nies imħeġġa “taqbdu bin-nar”. Xmun li jisma’ u jemmmen. Allura d-djakni li jisimgħu u jixbħu lil Alla rridu ikunu djakni mħegga għal Alla u għal proxxmu. Dawn l-appostli kienu xhieda ta’ Ġesù bil-ħajja tagħhom.

Ġuda Taddew, ifisser bniedem ta’ tifħir, bniedem li jistħoqlu t-tifħir u jfaħħar lil Alla. Id-djaknu rrid ikun il-vuci tal-Knisja li tfaħħar u tadura lil Alla. Id-djaknu rrid ikun qaddej u din irrid jibqa’ jiftakarha. Ġuda ukoll ifisser kuraġġ u d-djaknu rrid ikun il-profeta li jwassal il-kelma, ta’ qalb kbira u ta’ kuraġġ.

Il-kelma trid tiġi kkonfermata bil-ħajja tagħna. Imma importanti li biex ma jaqtawx qalbhom irridu jibqgħu qrib Ġesù u permezz tal-ordinazzjoni jridu jikbru fil-qdusija.

Wara l omelija sar ir-rit tal-ordinazzjoni, fejn Mons. Arċisqof talab fuqhom u tagħhom il-mandat biex issa iwasslu l-kelma ta’ Alla. Nawguraw lil Fr. Clive u Fr. Ramon Ad Multos Annos!

 

Minister General’s message:

Good morning from Yangon in Myanmar where I am participating in meetings and the celebration of the 10th anniversary of our presence here in Myanmar.

I wish to convey to Ramon and Clive, to their families, and to you and the Province all congratulations as these our two brothers are ordained to the order of deacon and service in the Church.

May God bless them as they seek to serve in a Franciscan manner the Church and the world.

Peace and blessings to you!
Michael

Omelija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna