News

December 06, 2016
Edizzjoni Ġdida tat-Talb tal-Fidili

Wara li kien ilu jinħass il-bżonn f’Malta ta’ ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta’ P. Anton Farrugia li daħal għal din il-biċċa xogħol u għadu kemm ippubblika l-ewwel volum li jiġbor fih it-talbiet tal-fidili għall-ġranet ferjali b’żieda għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Mulej, tal-Madonna u tal-Qaddisin li għandhom qari propju. Erba’ invokazzjonijiet qosra, b’introduzzjoni, talba ta’ konklużjoni u ritornell.

Il-ktieb b’qoxra iebsa u b’żewg żigarelli għandu format ta’ 25 x 8 cm u fih 271 paġna b’tipa li tinqara’ tajjeb. Jinsab għall-bejgħ, mill-Kunvent S. Franġisk, il-Ħamrun jew telefon 99821622, għall-prezz ta’ €20.