News

December 07, 2016
It-tfal jitolbu għal-Paċi

Lil patrijiet kollha tal-Ordni tal-minuri, lis-sorijiet tal-klarissi, lin-nisa u rġiel Franġiskani sekulari, lin-nisa u rġiel kollha ta’ rieda tajba. Hekk indirizza l-ittra Fr, Michael Perry OFM Ministru Ġenerali biex jagħmel appell qawwi lid-dinja kollha biex isir talb għal paċi fid-dinja kollha.

Ilna żmien twil mħassbin fuq dawn ħutna li għaddejjin mill-esperjenzi koroħ u ta’ tbatija kbira. Fiż-żmien tal-Avvent meta l-Mulej tagħna Ġesù Kristu jitlobna biex nishru u nitolbu, nixtiequ nħeġġu inizjattiva fost il-komunitajiet kollha tat-tfal biex jitolbu għal paċi.
Nixtiequha ssir fuq livel internazzjonali għal darba kull xahar. Il-parroċċa u l-knisja ta’ San Franġisk f’Aleppo ġarbet ħsarat kbar f’din il-gwerra u għalhekk nixtiequ li din l-inizjattiva li bdiet f’din il-knisja tixxerred mad-dinja kollha. Inħeġġu għat talb lil-patrijiet tagħna biex fil-parroċċi kollha fdati f’idejna, fl-iskejjel fejn ngħallmu u fost gruppi ta’ tfal u abbatini li nieħdu ħsiebhom biex iħadnuha bil-qalb u bil-ħeġġa. L-istess inxerduha madwarna fin-naħat fejn hemm il-kunventi u djar tagħna. Inxerduha kemm jifilħu. Nemmen li l-Mulej jisma’ l-krib tat-tfal u talb tagħhom ikun għajta qawwija għal konverżjoni ta’ kullħadd u paċi fis-Sirja speċjalment f’Aleppo u fid dinja kollha.

Nitolbuk biex darba fil-ġimgħa matul l-Avvent issir quddiesa għat-tfal b’dan il-għan. Fejn ma hemmx possibiltà li ssir quddiesa għat-tfal, issir purċissjoni żgħira bit-tfal b’xegħma f’idejhom waqt it-talb tal-fidili. Għidulhom li dan qed issir flimkien u fl-istess ħin tat-talb fid-dinja kollha.

Kummissjoni Ġustizzja – Paċi