News

January 09, 2017
Festa tal-Epifanija għand il-Klarissi

Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan, nhar l-Ġimgħa 6 ta’ Jannar. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Ġrech, OFM fil-prezenza ta’ diversi patrijiet.

Fl-omelija tiegħu huwa tkellem fuq it-tfittxija għal Alla. Huwa semma kif Marija u Ġużeppi provaw isibu post fil-lukanda imma ma sabux, ma kienx hemm post għalihom. Huwa kompla billi jagħmel riferenza li anke fiż-żminijiet li qed ngħixu f’ħafna istituzjonijiet, ma hemmx post għal Alla.  Dan jiġri għaliex ħafna drabi rridu naraw u huwa semma kwotazjoni li tgħid hekk: “divinity is found where you least expect it” hu hekk Ġesù ħafna drabi rridu nfittxuh fejn l-inqas hu ovvju għal bniedem.

Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.