News

January 29, 2017
Fra Alessandro b’kunċert fil-Knisja ta’ S. Franġisk il-Ħamrun

Se jkun Fra Alessandro Brustenghi, hekk imsejjaħ il-“vuċi ta’ Assisi “, il-protagonista ta’ kunċert uniku li se jsir nhar l-Erbgħa 1 ta’ Frar fis-7.30pm fil-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun (wara l-Lidl). Hija lejla mimlija bl-ikbar opri interpretati ta’ Fra Alessandro fosthom: Ave Maria, Vergine tutto amor, Panis Angelicus, Candido fior di frumento, Camminate nella carita’, Madonna de claritate, Santo Francesco u Make me a channel of your peace.

Fra Alessandro Brustenghi, hu mwieled f’Perugia l-Italja fl-1978, fl-età ta’ 21 huwa ddeċieda li jidħol fl-Ordni tal-Patrijiet Minuri. F’din il-familja Franġiskana xi snin ilu, f’Settembru 2009, huwa għamel il-Professjoni Solenni tiegħu fil-Bażilika papali ta’ Santa Maria degli Angeli, fil-Porziuncola. Il-passjoni għall-mużika u l-kant ippermettew lil Fra Alessandro biex janima l-liturġija ċċelebrat f’diversi kunventi li hu għex sa issa kif ukoll dar diversi bliet madwar d-dinja jagħti kunċerti fejn għalhekk kiseb fama internazzjonali.

Fis-serata se tkun ukoll bis-sehem tal-organista Richard Caruana u l-arpista Jacob Portelli. Id-dħul huwa ta’ €10 mis-sagristija tal-istess knisja jew inkella fil-bieb tal-Knisja nhar l-Erbgħa qabel il-kunċert.