News

February 03, 2017
Fra Alessandro b’kunċert fil-Knisja ta’ San Franġisk

Fi Knisja mimlija bin-nies l-Erbgħa fil-għaxija Fra Alessandro ta’ Kunċert fil-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun. Kienet lejla mimlija b’opri mużikali nterpretati minn Fra Alessandro fosthom: Ave Maria, Vergine tutto amor, Panis Angelicus, Candido fior di frumento, Camminate nella carita’, Madonna de claritate, Santo Francesco. Jakkumpanjaw lil Fra. Alessandro kien hemm l-organista Richard Caruana u l-arpista Jacob Portelli.

Il-Kunċert kien varjat minn kant, mumenti ta’ talb li tmexxew mil-Gwardjan P. Anton Farrugia OFM, kif ukoll mumenti ta’ mużika bl-arpa. Il-flus li inġbaru mill-biljetti se jmorru għal Fra Alessandro biex jgħinu lil missjunarji Franġiskani tal-Provinċja tiegħu. Żgur li minn kien preżenti u jħobb dan it-tip ta’ kunċerti niżlitlu għasel. Wara kunċert Fra Alessandro qatta ħafna ħin jitkellem man-nies, jifirmalhom CDs u kotba u jieħu ritratti magħhom.