News

February 06, 2017
Mgr George Bugeja OFM Vigarju Appostoliku ta’ Tripli

Nhar il-5 ta’ Frar Papa Franġisku ħatar lil Mgr George Bugeja OFM bħala l-Vigarju Appostoliku ta’ Tripli. Mons. George Bugeja kien qiegħed iservi bħala Koadjatur fl-istess Djoċesi, mal-Isqof Giovanni Martinelli O.F.M li rriżenja minħabba l-età.

Mons. George Bugeja qed iservi wkoll bħala l-Amministratur Appostoliku ta’ Benghazi wara li temm il-missjoni Mgr Silvestru Magro O.F.M. fi Frar tas-sena li għaddiet u li jinsab irtirat fil-kunvent tagħna tar-Rabat.

Mgr. George Bugeja għandu 54 sena u kien inħatar Vigarju Episkopali ta’ Tripli fl-10 ta’ Lulju tas-sena 2015. Fl-4 ta’ Settembru tal-istess sena, huwa kien ikkonsagrat Isqof fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.