News

February 14, 2017
Fra Alessandro jitkellem dwar il-Vokazzjoni tiegħu

Meta ftit tal-jiem ilu Fra Alessandro kien magħna għal żewġ kunċerti li ta, wieħed fil-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun u kunċert ieħor fil-Parroċċa ta’ San Publiju l-Furjana, s-sit ofm.org.mt ħadlu ftit kummenti fuq il-vokazzjoni tiegħu.

L-intervista li saritlu kienet maqsuma f’erba’ domandi:
1) Kif sibt il-Vokazzjoni Franġiskana?
2) Kif tara l-ħajja Franġiskana fiż-żminijiet tallum?
3) X’messaġġ għandek għaż-żgħażagħ fuq dan kollu? u
4) X’messaġġ tagħti lil dawk li qed jimxu f’din it-triq u huma imħajrin għal ħajja Franġiskana?

Huwa wieġeb fil-qosor imma dritt għal punt u wieħed mill-messaġġi li huwa jagħti huwa li ż-żgħażugħ għandu dejjem jgħid iva lil Alla biex jibda l-ħajja Franġiskana tiegħu umbagħad iħalli lil Alla jmexxieħ hu.

Nistednuk tisma’ b’attenzjoni dak li għandu xi jgħid u tiddejjaqx ċċempel għal aktar informazzjoni lil Fr. Stephen Magro, OFM fuq 99275560