News

March 15, 2017
Papa Franġisku bi żjara f’San Giovanni Lateran

Nhar il-Ħamis 2 ta’ Marzu Papa Franġsiku għamel żjara fil-Bażilika ta’ San Giovanni fil-Lateran. Huwa jagħmel din iż-żjara kull sena lil kleru ta’ Ruma l-għada ta’ Ras ir-Randan.

B’sorpriża meta l-Papa wasal għal ħabta tal-11 ta’ filgħodu, minflok mar jagħmel il-meditazzjoni tiegħu bħal ma jagħmel is-soltu, huwa mar iqarar lil xi fidili u saċerdoti.

Il-Papa tkellem fuq li ħafna drabi l-piż tad-dnubiet tagħna ijbegħduna minn Alla u allura rrid ikollna fidi pruvata bħal ta’ Pietru. Huwa kompla billi qal li “jekk ma jkollniex fidi matura nistgħu nagħmlu ħafna ħsara. It-tentazzjoni hija dejjem preżenti f’ħajjitna u allura rridu nieħdu din l-okkażjoni biex nikbru fil-fidi”

Wara huwa ltaqa’ mal-Penitenzieri li jqarru hemmhekk, fosthom kien hemm ukoll P. Albert Micallef, OFM.