News

March 15, 2017
‘This Day in History’, Sezzjoni ġdida fis-sit tagħna

Mill-lum dan is-sit beda jipprovdi nformazzjoni Franġiskana bit-tema: ‘This Day in history’.  Din l-informazzjoni qed tkun miġbura minn P. Dionysius Mintoff, OFM.

Kull ġurnata titla informazzjoni qasira fuq dak li ġara fi żmien San Franġisk u Santa Klara f’dik il-ġurnata partikolari, kif ukoll il-quddiem tiżdied b’iktar informazzjoni riċenti fuq il-Provinċja tagħna.

Din l-informazzjoni tinsab fil-parti ta’ isfel fuq dan is-Sit. Għalhekk kull ġurnata tajjeb li taqra dak li ġara 800 sena ilu f’dik l-istess ġurnata li ġraw.