News

March 16, 2017
P. Godfrey Micallef, P. Ġwann Micallef, 60 sena saċerdoti

Il-Ħamis 16 ta’ Marzu P. Godfrey Micallef, OFM flimkien ma’ P. Ġwann Micallef, OFM mexxew konċelebrazzjoni fejn irringrazzjaw lil Alla għas-60 sena saċerdozju tagħhom. 

Fil-Bidu tal-quddiesa f’kelmtejn li għamel il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM semma kif 60 sena ilu tlett franġiskani żgħażagħ ġew ordnati saċerdoti.  Dawn is-saċerdoti raw lil Malta, id-dinja, il-Knisja u l-Ordni Franġiskan jinbidel. Huma baqgħu jipperseveraw fil-ħajja reliġjuża u saċerdotali u dan minkejja t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja.

Huwa kompla billi qal li tnejn minnhom qdew il-ministeru tagħhom barra minn Malta – P. Godfrey u P. Girgor Imbroll (RIP).  P. Gwann qedha ħafna l-ministeru saċerdotali fis-sagrament tal-qrar speċjalment fil-Knisja tal-Ħamrun.  Il-Provinċjal irringrazzjhom tax-xogħol tagħhom u rringrazzja lil Alla għall-persuna ta’ P. Godfrey u P. Gwann.

Minn naħa tiegħu P. Godfrey irringrazzja f’isem P. Ġwann ukoll,  lil Alla għal dak kollu li għamel magħhom u għal grazzji li tagħhom u tal-ministeru li hu għal ġid tagħhom u tal-poplu t’Alla.  Hu spiċċa biex talab lil dawk preżenti biex ikomplu jitolbu għalihom.

AD MULTOS ANNOS

P. Ġwann Micallef OFM

Imwieled Santa Venera, Malta nhar il-11 ta’ Diċembru, 1931 bin Vincent Micallef u Adelina nee’ Barbara, P. Ġwann ingħaqad mal-Ordni Franġiskan mal-Ordni Franġiskan nhar it-30 ta’ Settembru, 1947. Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-2 ta’ Ottubru, 1948 u dik Solenni nhar it-28 ta’ Diċembru, 1952. Ordna Saċerdot nhar is-6 ta’ April, 1957. Tul is-snin kemm ilu patri, apparti xogħol pastorali u għal ħafna snin kien imfittex ħafna għall-qrar, speċjalment kemm dam jgħix il-Ħamrun. Attwalment jifforma parti mill-Fraternita’ ta’ Domus Pacis ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq.

P. Godfrey Micallef OFM

Imwieled ir-Rabat, Malta nhar it-19 ta’ Diċemru, 1931 bin Francis Micallef u Vincenza nee’ Camilleri, P. Godfrey ingħaqad mal-Ordni Franġiskan mal-Ordni Franġiskan nhar it-19 ta’ Settembru, 1948. Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-25 ta’ Settembru, 1949 u dik Solenni nhar it-28 ta’ Diċembru, 1952. Ordna Saċerdot nhar is-6 ta’ April, 1957. Tul is-snin kemm ilu patri, wettaq xogħol pastorali. Attwalment jifforma parti mill-Fraternita’ tar-Rabat.