News

March 28, 2017
Tibda ż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien

Is-Sibt 25 ta’ Marzu ingħata bidu għaż-Żjara Franġiskana, li din is-sena qed issir fil-Parroċċa ta’ Maria Annunzjata, Ħal Tarxien. Iż-Żjara Franġiskana bdiet b’Quddiesa mill-Kappillan tal-Parroċċa u li fiha ingħata l-mandat lill-missjunarji li se jkunu qed jieħdu sehem u jagħmlu ż-żjarat fid-djar.

Fil-Quddiesa l-Kappillan laqgħa l-missjunarji u ħeġġeġ lil poplu biex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati kif ukoll ħeġġeġ biex il-familji jilqgħu lil franġiskani li jkunu qed iżuru d-djar.

Iż-Żjara Franġiskana hija mżewqa b’ħafna laqgħat li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja tal-parroċċa u tilħaq kull peruna minn tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll anzjani u morda. Iż-żjara Franġsiskana tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd 2 ta’ April.

Iż-Żjara Franġiskana qed tkun ikoordinata minn P. Walter Vassallo, OFM u fiha qed jieħdu sehem bosta patrijiet, sorijiet, kif ukoll lajċi impenjati.

Aktar aġġornamenti żur il-Facebook Page taż-żjara