News

March 31, 2017
P. Marcellino jingħata ċ-Ċittadinanza honoraria

P. Marcellino Micallef, OFM Vigarju Provinċjali u Gwardjan tal-Kunvet tagħna tal-Belt, nhar it-Tlieta 28 ta’ Marzu ingħata ċ-Ċittadinanza honoraria minn idejn is-sindku tal-Belt Alexiei Dingli.

Huwa qal hekk: “… din is-sena, tajna iċ-ċittadinanza honoraria lil-Patri Marcellino ta’ Ġieżu. Persuna li qiegħed jaħdem bla heda biex jiftaħ Kċina tal-fqar fil-Belt Valletta. Hekk kif Marcellino kien jitma’ il-ħobż u nbid lil Ġesù imsallab, bl-istess mod Patri Marcellino se jitma mijiet ta’ nies fil-bżonn kuljum. Però apparti l-ikel tal-ġisem li huwa importanti, l-iskop wara il-kċina tal-fqar imur lilhin. Se nkunu qegħdin nipprovdu post fejn nies, ħafna drabi imwarrbin u weħidhom, jistgħu jiltaqgħu, jgħidu kelma u jaqsmu t-tbatijiet tagħhom. Irridu nattakkaw il-problema tas-solitudni li qegħda tifni ħafna, speċjalment dawk anzjani. Għalhekk ukoll il-kunsill qiegħed jaħdem biex jiftaħ l-ewwel ċentru ta’ matul il-jum għal-anzjani fil-kunsill lokali il-ġdid.

Jien inħossni onorat li qiegħed ngħin f’dal-progett li se jagħmel ħafna ġid lil ħafna nies. Ftakru li dan huwa proġett mibni fuq il-providenza. U ppermettuli nagħmel appell. Min jista’ jagħti daqqa t’id f’dan il-proġett, jekk jogħġobkhom kelmu lil Patri Marcellino u għinuna.”