News

April 02, 2017
Iż-Żjara Franġiskana f’mument ferrieħi

Is-Sibt filgħaxija wara ġimgħa ta’ laqgħat, żjajjar fid-djar, talb u priedki, kien imiss mument ferrieħi flimkien mal-Parruċċani tal-Parroċċa Maria Annunzjata f’Ħal Tarxien permezz ta’ lejla soċjali.

Il-lejla soċjali bdiet b’mument franġiskan fejn inqaraw u tkantaw siltiet franġiskani, u dan kollu kien animat mill-patrijiet u s-sorijiet Franġiskani.  Wara kien hemm waqfa zgħira fejn tqassam xi ikel.

Wara kien imiss kant, żfin u dan minn dawk kollha preżenti, patrijiet, sorijiet, lajċi npenjati kif ukoll uħud minn nies li nġarrew minn dan il-kant – fosthom ukoll tfajjel ċkejken li daħal fl-atmosfera.

Fi tmiem is-serata P. Walter Vassallo, koordinatur ta’ din iż-Żjara Franġiskana ħa ftit mumenti biex juri lil dawk preżenti t-tim kollu li kien hemm wara din ż-żjara. Mhux biss patrijiet u sorijiet, imma tim kbir ħafna ta’ lajċi li taw is-sehem tagħhom biex kollox jimxi sew.  Huwa semmha u rringrazzja lil kappillan Fr. Micheal Bellizzi tal-inizjattiva li ħa f’risq il-parroċċa, it-tim li twaqqaf apposta biex jikoordina din ż-żjara, dawk li ħadu ħsieb ta’ kuljum jipprovdu l-ikel u kull bżonn għall-missjunarji frangiskani.

Iż-Żjara Franġiskana tiġi fi tmiema l-Ħadd 2 ta’ April bil-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla fil-10.15am.