News

April 06, 2017
Pagaent tal-Passjoni fit-Toroq tal-Parroċċa

Il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-kummissjoni tfal u l-Kummissjoni festi tal-Parroċċa tagħna tas-Sacro Cuor tas-Sliema se torganiżża “Pagaent tal-Passjoni fit-Toroq” tal-istess Parroċċa.  Din ser issir nhar is-Sibt 8 ta’ April u tibda fis-7.30pm minn fuq iz-zuntier tal-Knisja.

Din l-attività qed ssir għall-ewwel darba u se tkun animata kollha kemm hi mit-tfal. Se tkun imqassma f’tappi u  f’postijiet differenti.  Matul it-triq se jkun fiha waqtiet ta’ mużika, qari mill-Vanġelu u mimi. Jiehdu sehem ukoll il-kor tal-Knisja kif ukoll is-Salesian Boys’ Brigade.

Attività li hija marbuta ma’ dan iż-żmien speċjali tal-Passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù li tiċċelebra l-Knisja universali u din il-pagaent mhux attività ta’ min jitlifa.