News

April 18, 2017
Pasquetta Flimkien

It-Tlieta 18 ta’ April, il-Provinċja Franġiskana organizzat Pasquetta flimkien permezz ta’ karozza ‘Hop On Hop Off’. Iltqajna fid-9.30 ħdejn id-Domus Rumana u minn hemm bdejna t-triq tagħna lejn iż-Żurrieq fejn hemm għamilna l-ewwel waqfa tagħna.

Wara li mxejna lejn il-“Blue Grotto” u fil-viċinanzi, komplejna t-triq tagħna lejn il-Birgu u wara Marsaxlokk fejn kilna pizza flimkien. Wara tlaqna lejn id-Dingli Cliffs u lura lejn ir-Rabat.

Din l-attività serviet biex aħna bħala patrijiet wara x-xogħol tal-festi tal-Għid niltaqgħu u naqsmu l-ferħ tagħna flimkien. Prosit lil P. Marcellino Micallef OFM li ħa ħsieb l-organizzazjoni u lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom.