News

April 28, 2017
Evalwazzjoni taż-Żjara Franġiskana

L-Erbgħa 26 ta’ April fil-kunvent tagħna tar-Rabat, saret l-evalwazzjoni taż-Żjara Franġiskana li din is-sena saret fil-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Din il-laqgħa tmexxiet minn P. Walter Vassallo OFM Koordinatur tal-istess Żjara, flimkien mal-patrijiet, sorijiet u l-OFS.

Matul din il-laqgħa ġie nnotat minn kulħadd li kienet esperjenza pożittiva. Din iż-żjara kienet l-ewwel waħda li saret fi żmien ir-Randan u ħareġ li din għenet fil-klima kemm bejn il-missjunarji, kif ukoll mal-parruċċani.

Affarijiet żgħar li dejjem issib wieħed x’jirranġa, imma b’mod ċar intwera l-importanza li ż-żjara ma tispiċċax mal-għeluq imma li jkun hemm ‘follow up’ organizzat bejn il-Kappillan u l-koordinatur taż-żjara biex iż-żerriegħa li tkun inżergħet wieħed isaqqiha.