News

May 22, 2017
Illum jibda’ l-Kapitlu Provinċjali 2017

Bejn illum 22 u l-25 ta’ Mejju l-Patrijiet se jinġabru fid-Dar tal-Irtiri f’Baħar iċ-Ċagħaq għal-Kapitlu Provinċjali Intermedju.

Matul dawn il-ġranet isiru diversi rapporti ta’ kif sejra l-Provinċja u anke naraw il-futur f’dawn it-tlett snin li ġejjin.

It-Tnejn nibdew bil-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu, jinqraw ir-’The Rules of Procedure’ u jinqara r-Rapport tal-Ministru Provinċjal Richard S. Grech OFM u wara xi kjarifiki. Wara jinqara r-Rapport mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Provinċja u wara xi kjarifiki.

It-Tlieta t-tema se tkun il-Komunjoni Fraterna u fuq dan ser issir Riflessjoni minn Mr George Peresso : ”Min se jitfi l-aħħar bozza u jagħlaq il-bieb”.

L-Erbgħa t-tema se tkun fuq l-importanza li naħdmu għall-Vokazzjonijiet u nwieżnu l-Vokazzjonijiet Ġodda. Fuq dan ser issir riflessjoni minn Dun Anton Theuma. Wara r-riflessjonijiet f’dawn il-jiem isiru Worshops kif ukoll jitħejjew rapporti li umabgħad jinqraw waqt l-assemblea.

Il-Ħamis wara li jinqraw il-minuti u jsiru xi riżoluzzjonijiet, rapport fuq id-Dar tal-Anżjani ‘Domus Pacis’. Fejn qegħdin u fejn se naslu!. Wara l-Brejk isiru l-Elezzjonijiet tad-Definituri l-ġodda. Wara diskors tal-għeluq tal-Kapitlu mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.

Dan is-sit se jżommkom aġġornati b’dak kollu li jkun qed jiġri matul il-jiem tal-Kapitlu Provinċjali, b’filmati, informazzjoni, ritratti u awdjo.