News

May 22, 2017
Kapitlu Provinċjali 2017: L-ewwel ġurnata

Il-Kapitlu Provinċjali beda fid-9.00 am bil-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu mmexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech ofm. Fil-messaġġ tiegħu hu ta merħba għal mument importanti fil-ħajja tal-Provinċja.  

Wara dan il-messaġġ P. Gabriel Micallef ofm spjega l-kif u l-għala ġab il-fdalijiet ta’ P. Leopold Farrugia ofm u P. Giles Ferriggi ofm mill-Awstralja.  Kif ntemmet il-Quddiesa, 10.00 am il-patrijiet inġabru flimkien għal ritratt uffiċċjali.

P. Twanny Chircop ofm, bħala moderatur għamel ir-roll call. Inqara messaġġ li bagħat Mons. Joe Bonello ofm fejn huwa qal li “Ningħaqdu maghħkom f’dawn il-jiem li ġejjin, biex il-Mulej li sejħilna, ikompli jgħanina bil-grazzja tiegħu. Jalla nkomplu ngħarfu u ngħozzu dak li aħna u dak li nagħmlu, b’tali mod li jkompli jgħinna u isaħħaħna fil-mixja tagħna wara Kristu bħala Franġiskani.”

Il-Ministru Provinċjal qara l-ittra li bagħat lil Ministru Ġeneral u t-tweġiba li rċieva. Wara hu qara r-rapport tiegħu tal-Kapitlu li jideskrivi t-tlett snin li għadhom kif għaddew.

Wara l-brejk, f’12.00 pm l-accountant tal-Provinċja s-Sur Paul Camilleri ppreżenta r-rapport finanzjarju u flimkien mal-Ministru Provinċjal għamlu xi kjarifikazzjonijiet li kien hemm bżonn.

Il-Kapitlu jkompli għada fid-9.00 am.

 

 

Omelija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech ofm