News

May 23, 2017
Kapitlu Provinċjali 2017: It-tieni ġurnata

Il-Kapitlu Provinċjali kompla llum billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta’ Nofs il-Jum. Moderatur matul din il-ġurnata kien P. Martin Coleiro, OFM fejn għamel ir-Roll Call u wara nqraw il-minuti.

Wara s-Sur George Peresso għamel riflessjoni bit-tema: “Min se jitfi l-aħħar bozza u jagħlaq il-bieb.” (audio jinsab iktar l-isfel). Wara brejk qasir kulħadd mar fil-workshop tiegħu.

Fil-12.15 erġajna ltqajna  fl-awla kapitulari biex jinġabru r-Rapporti tal-Workshops.

Il-Kapitlu jkompli għada fid-9.00 am.

 
Riflessjoni mis-Sur George Peresso