News

May 24, 2017
Kapitlu Provinċjali 2017: It-tielet ġurnata

Il-Kapitlu Provinċjali daħal fit-tielet ġurnata tiegħu, billi bdejna fid-9.00 am bit-talba ta’ Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq Salm 54 “Inti sieħbi u wieħed bħali”.

Moderatur matul din il-ġurnata kien P. Marcello Ghirlando, OFM fejn qara ittra li bagħat Mons. George Bugeja, OFM fejn kienet tgħid li hu qed jingħaqad magħna f’talba lill-Mulej biex jagħtina dixxerniment meħtieġ biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu ikunu għal ġid tal-futur tal-Provinċja skond ir-rieda tiegħU. Huwa talab biex niftakru wkoll fil-Missjoni tal-Libja, kemm fi Tripli kif ukoll f’Benghażi.

Wara saret ir-Roll Call u wara nqraw il-minuti.

Dun Anton Theuma għamel riflessjoni bit-tema: “Naħdmu għall-Vokazzjonijiet u nwieżnu l-Vokazzjonijiet Ġodda.” (audio jinsab iktar l-isfel). Wara brejk qasir kulħadd mar fil-workshop tiegħu.

Fil-12.15 erġajna ltqajna  fl-awla kapitulari biex jinġabru r-Rapporti tal-Workshops.

Il-Kapitlu jkompli għada fid-9.00 am bl-elezzjonijiet tad-Definituri l-ġodda

 

Riflessjoni minn Dun Anton Theuma: (PDF)