News

May 25, 2017
Kapitlu Provinċjali 2017: Elezzjoni tad-definituri

Il-Kapitlu Provinċjali daħal fl-aħħar ġurnata tiegħu, bdejna fid-9.00 am bit-talba ta’ Nofs il-Jum, bil-Provinċjal jagħmel riflessjoni qasira fuq “O Alla, jien marbut bil-wegħdiet tiegħek”.

Il-moderatur kien P. Paul Attard, OFM qara r-Roll Call u nqraw il-minuti.
Wara P. Walter Vassallo, OFM preżenta l-Working Document. Il-provincjal tkellem fit-tul, fuq l-importanza tal-klawsura fil-kunventi.

P. Stephen Sciberras, OFM Direttur taċ-Ċentru Franġiskana għamel kelmtejn fuq żewġ attivitajiet li qed jorganizza dan l-istess Ċentru. Il-Ministru provinċjal tkellem fuq il-proġett ta’ Domus Paċis li se jsir fuq id-Dar tal-Irtiri.

Fil-11.15 bdejna bl-elezzjoni u konferma tad-Definituri Provinċjali, fejn ġew eletti: P. Twanny Chircop, OFM, P. Marcello Ghirlando, OFM, P. Stephen Magro u P. Walter Vassallo, OFM.

Wara r-rit tal-elezzjoni l-Provinċjal iddikjara l-Kapitlu magħluq.