News

June 05, 2017
Jintemm il-Kungress Kapitulari

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2017 tlaqqa il-Kungress Kapitulari ġewwa iċ-Ċentru Franġiskan, Baħar iċ-Ċagħaq. Il-Kungress kien immexxi mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM li mad-Definitorju tiegħu, iddiskutew u approvaw il-familji il-ġodda fil-Kunventi tagħna kif ukoll it-tqassim tal-Uffiċċji tal-Provinċja.

Dan wara li kien ġie fi tmiemu il-Kapitlu Provinċjali Intermedju u wara li l-Provinċjal żar u tkellem mal-Patrijiet kollha tal-Provinċja. Il-lista tal-Fraternitajiet il-ġodda u l-Uffiċċji li ingħataw, jinsabu fis-sezzjoni “Province” ta’ dan is-sit.