News

June 07, 2017
Irtir bi preparazzjoni għall-Ordinazzjoni Presbiterali

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2017, id-Djakni tal-Provinċja tagħna, P. Ramon Farrugia OFM u P. Clive Camilleri OFM, bdew l-irtir bi preparazzjoni għall-Ordinazzjoni Presbiterali flimkien ma tlett Djakni Djoċesani Dun Siclair Bugeja, Dun Ryan Lee Pace u Dun Mark Spiteri u d-Djaknu Dumnikan P. Aaron Zahra. Dan l-Irtir li qed jiġi organiżżat mis-Seminarju Djoċesan, qed isir ġewwa Dar Stella Maris, iż-Żebbuġ Għawdex u qed jiġi immexxi minn Mons. Anton Gouder.

Nkomplu nitolbu għal dawn ħutna, li se jiġu ordnati Saċerdoti minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fit-30 ta’ Ġunju, sabiex il-Mulej ikompli jimlihom bil-fidi fis-Sejħa tiegħU u bil-kuraġġ biex ikomplu jilqawha b’ferħ u gratitudni.