News

June 20, 2017
Itemmu l-Master fil-Pastorali Vokazzjonali

P. Walter Vassallo OFM u P. Ramon Farrugia OFM għadhom kemm temmew il-Master fil-Pastorali Vokazzjonali organizzat mill-Provinċja Serafika ta’ Assisi ġewwa iċ-Ċentru tal-Konferenzi Domus Pacis, Santa Marija tal-Anġli.

Kien kors ta’ tlett ġimgħat intensivi, li daħal f’diversi aspetti tal-evanġeliżżazzjoni, tal-ħidma vokazzjonali ġenerali u speċifika, u tal-akkumpanjament taż-żgħażagħ. Kienu ġimgħat mhux biss ta’ tagħlim, iżda ukoll ta’ qsim ta’ esperjenzi differenti bejn id-diversi parteċipanti tal-kors; kemm dawk Franġiskani maskili u femminili, Reliġjużi oħrajn, u Saċerdoti Djoċesani; kemm Taljani kif ukoll minn diversi pajjiżi oħra.

Ma naqsux il-mumenti fraterni li kienu importanti ħafna biex l-esperjenza setgħet tkun mixja sabiħa bħala Knisja magħquda b’għan li sservi l-Poplu t’Alla skond ir-rieda tiegħU.