News

July 05, 2017
Jordnaw saċerdoti u l-ewwel quddiesa tagħhom.

P. Clive Camilleri u P. Ramon Farrugia l-Ġimgħa li għaddiet 30 ta’ Ġunju ġew ordanti saċerdoti.  L-ordinazzjoni saret mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.  Huwa ġew ordnari ma ebra’ żgħażagħ oħra.  

Din l-ordinazzjoni ħabtet eżatt mal-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl, l-Arċisqof appellalhom biex qatt ma jagħmlu “discounts” fuq l-Evanġelju.  Saħaq li fis-servizz tagħhom għandu jibqgħu dejjem jistaqsu lill-Mulej, min hu u x’għandhom jagħmlu.

Mons Scicluna talabhom biex iżommu dejjem f’moħħhom iż-żewġ mistoqsijiet li għamel San Pawl meta ltaqa’ ma’ Ġesù.

L-Arċisqof qal li bħalma San Pawl żviluppa t-teorija tiegħu tal-Knisja bħala l-ġisem ta’ Ġesù għax kien ispirat mill-kliem ta’ Ġesù meta ltaqa’ miegħu, hekk għandhom huma jibqgħu jaħsbu fuq dak li qal Sawlu. “Dawn huma żewġ mistoqsijiet li jiftħulkom ir-relazzjoni speċjali li għandkom ikollkom ma’ Ġesù”, kompla l-Arċisqof.

Fakkar lid-djakni biex jiftakru f’dawk in-nies li tul ħajjithom mexxewhom minn idejhom, bħall-ġenituri, il-ħbieb, l-għalliema, il-katekisti u s-saċerdoti u l-patrijiet. ,L-Arċisqof temm jgħid li l-ordinazzjoni mhijiex prize day, għax m’għandhomx iqisuha bħala rigal tax-xogħol li se jagħmlu.  “Għad taħsbu li intom xi superman…ftakru li mingħajr il-Mulej ma tistgħu tagħmlu xejn”

L-għada s-Sibt iż-żewġ saċerdoti novelli ċċelebraw l-ewwel quddiesa tagħhom: P. Clive erħiela lejn Għawdex fejn iċċelebra l-quddiesa ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu u P. Ramon iċċelebra l-quddiesa tiegħu ġewwa l-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan.