News

August 12, 2017
Iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara

Nhar il-11 ta’ Awwissu festa liturġika ta’ Santa Klara, ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ Santa Klara ġewwa l-Monasteru ta’ San Ġiljan. Iċ-ċelebrażżjoni kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM.

Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem fuq is-sabiħ tal-qaddisin u qal li “Saints are people with God’s light shining through” u spjeġa li aħna għandna dan id-dawl li qiegħed ġo fina.  Allura skond is-sejha tagħna dak id-dawl irrid jiddi barra minna fuq id-dinja ta’ madwarna.  U dan fehmitu Santa Klara tant li Alla kien jidher fil-ħajja tagħna.  U aħna ma nistgħux ixekklu dan id-dawl li hemm jgħammar ġewwa fina.  Huwa semma t-tliet kelmiet li l-Ordni se juża fil-Kunsil Plenarju: “listen, discern, action” u għalhekk importanti li aħna nisimgħu lil Alla jkellimna f’qalbna u naġixxu.

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni l-Madre Badessa tat il-messaġġ tagħha ta’ ringrazzjament għal dak kollu li l-Mulej jgħamel mas-sorijiet Klarissi.  Hi tkellmet fuq is-sapport li tara min-nies li ta’ kuljum jirrikorru għandhom speċjalment għat-talb.  Importanti li nkomplu nimxu t-triq kollha dawl flimkien u appellat għat-talb fil-familji għax aħna rridu nirrikorru għand Ġesù għax hu ma jabbandunaniex.

Wara l-quddiesa dawk preżenti kienu mistiedna għal riċeviment fil-ġnien tal-monasteru.

 

Omelija Ministru Provinċjal:

 

Messaġġ Madre Badessa: