News

August 23, 2017
Xeni ta’ terremot fil-Knisja tagħna tar-Rabat

Matul il-lejl seħħ dak li qatt ma stennejna. Mill-ewwel informazzjoni li għandna fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu’) waqgħet il-parti tas-saqaf ta’ fuq l-artal mejda. Il-ħsara hi kbira u minħabba periklu eżistenti ħadd ma jista’ jidħol fil-Knisja. Bħalissa hemm il-Pulizja li qed jevalwaw is-sitwazzjoni.  Il-Patrijiet jitolbu l-prudenza, u javżaw li mhux se jkun hemm quddies sakemm jerġgħu jħabbru mod ieħor. Inroddu ħajr lil Alla li dan seħħ billejl u ħadd ma weġġa!