News

September 13, 2017
In-Nunzju Apostoliku ġdid iżur l-anzjani f’Domus Pacis

It-Tlieta 12 ta’ Settembru n-nunzju Appostoliku ġdid għal Malta Mons. Alessandro D’Errico għamel żjara lil anzjani tagħna fir-residenza Domus Pacis f’Baħar iċ-Ċagħaq fejn ukoll huwa rrtirat Mons. Sylvestru Magro, OFM.  Huwa kien akkumpanjat mill-isqfijiet franġiskani Maltin Mons. Robert Camilleri, Mons. Joe Bonello u Mons. George Bugeja.

Bħalissa f’Domus Pacis jinsabu rrtirati flimkien ma Mons Sylvestru Magro, OFM, P. Ġwann Micallef, P. Kerubin Galea u P. Ġużepp Camilleri.