News

October 05, 2017
Iċċelebrata l-Festa ta’ San Franġisk

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru, ġewwa l-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesù l-Belt Valletta, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Missierna San Franġisk.  Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM fil-presenza ta’ bosta Patrijiet, Sorijiet, Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular (OFS), Kavallieri tal-Qabar ta’ Kristu, benefatturi, kif ukoll nies li jiffrekwentaw il-Knejjes tagħna.

Waqt l-Omelija tiegħu l-Ministru Provinċjal tkellem fuq kemm Ġesù Kristu/San Franġisk kien pastas, imma mhux fis-sens li nużawha aħna, imma fil-veru sens tal-kelma. Huwa spjega xi tfisser tkun pastas u għalhekk Ġesù Kristu kien pastas għax refa’ id-dnubiet tagħna u San Franġisk għax ħareġ jixbaħ lil Ġesù refa’ it-toqol ta’ bnedmin oħra.

Għalhekk aħna ukoll il-patrijiet għax magħmdin aħna imsejħin biex inkunu sagrament għal ħaddieħor. U għalhekk San Franġisk ħalla lil Ġesù jagħmel biħ li jrid, imma mhux kif tgħid id-dinja biex taħtaf kollox u li tgħaddi tiegħek, imma umli u nħallu lil Ġesù jaħdem bina. Għalhekk San Franġisk kien don għall-Knisja, u għalhekk aħna msejħin biex inkunu l-pastas ta’ ħaddieħor.

Wara l-quddiesa kulħadd kien mistieden għal riċeviment fil-Kunvent.