News

November 28, 2017
Quddiesa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru fl-10.30 ta’ filgħodu, il-Provinċja Franġiskana ċċelebrat Quddiesa kkonċelebrata ġewwa l-Kappella tac-Ċimiterju tal-Addolorata. Din il-quddiesa tiġi ċċelebrata kull sena fil-kappella taċ-ċimiterju, matul ix-xahar ta’ Novembru biex nitolbu għal dawk il-patrijiet li ħallewna.

Il-Quddiesa kienet ċċelebrata mill-Ministru Provincjal P. Richard S. grech , OFM u li għaliha attendew numru sabiħ ta’ patrijiet. Wara l-quddiesa sar t-tberik tal-oqbra.