News

November 28, 2017
It-Tieni Volum tat-Talb tal-Fidili

Wara li f’Diċembru li għadda ġie ippubblikat l-ewwel volum tal-ktieb ġdid tat-Talbiet tal-Fidili, il-Provinċja Franġiskana permezz ta’ P. Anton Farrugia għadha kemm ippubblikat t-tieni volum li jiġbor fih it-talbiet tal-fidili – Żminijiet Privileġġjati: Avvent, Milied, Randan u Għid. Erba’ invokazzjonijiet qosra, b’introduzzjoni, talba ta’ konklużjoni u ritornell.

Il-ktieb b’qoxra iebsa u b’żewg żigarelli għandu format ta’ 25 x 8 cm b’tipa li tinqara’ tajjeb. Issa jinsab għall-bejgħ, u tista tordna l-kopja tiegħek fuq telefon 99821622, għall-prezz ta’ €20.