News

January 10, 2018
Formazzjoni Permanenti

Is-Sibt 16 ta’ Diċembru, l-Provinċja nġabret fiċ-Ċentru Franġiskan f’Baħar iċ-Ċagħaq għal nofs ta’ nhar ta’ Formazzjoni fuq l-importanza tan-natura u l-ekologija u dan intwera permez ta’ film qasir “Before the Flood”.

Il-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM tkellem fuq kemm huwa importanti li bħala Franġiskani aħna nkunu konxji u responsabbli minn dak li qed jiġri madwarna.  Għalhekk biex aħna inkunu ta’ eżempju rridu inwettqu għalmenu tlett affarijiet li fil-film joħorġu: “change of lifestyle” – huwa semma storja ta’ predikatur li jgħid lil ġemgħa: “how wants change” u kulħadd għolla idejħ u wara saqsihom: “how wants to change” – u ħadd ma għolla sebgħu.; it-tieni hija il-mod kif nikkunsmaw u kif nikkunsmaw; u t-tielet waħda, importanti li wieħed jagħżel mexxejja li lesti jħarsu l-ambjent.